Dħul    Knisja S Pawl    Festi Esterni    Socjeta' S Pawl    Il-Festi Taghna    Attivitajiet
   Proġetti    Photos    Tifkiriet    Sit taz-Zaghzagh    Links    Downloads
   Protected Pages    Register    Log On    News    Shop on-Line    Contact Details
   Feedback    Print Preview
 
Malti English (British)    
KUMITAT FESTI ESTERNI CORPUS DOMINI U SAN PAWL

Formazzjoni tal-Kumitat


kfe_1.jpg
Sal-1963, il-festi taghna ta' Corpus Domini u tal-Martirju ta' l-Appostlu Missierna San Pawl kienu jigu organizzati minn kumitat imsejjah 'Comitato Festa Corpus Domini - Rabato'. Dan il-Kumitat kien jiehu hsieb kemm il-festi ta' gewwa kif ukoll dawk ta' barra. Fis-Seduta ta' dan il-Kumitat li nzammet fil-Kazin San Pawl taht il-Presidenza ta' l-Arcipriet ta' dak iz-zmien, illum Mons. Pawlu Attard, nhar il-Hadd 29 ta' Settembru 1963, saret proposta biex jinhatar kumitat gdid bil-hsieb li jibda jorganizza l-festi esterni ta' Corpus Domini kuf ukoll tal-Martirju ta' l-Appostlu Missierna San Pawl. Din il-proposta giet approvata unanimament, u hekk twieled il-Kumitat Festi Esterni Corpus Domini u San Pawl.

Sa mill-bidu ta' l-ezistenza tieghu, dan il-Kumitat wera li barra l-ghan ewlieni tieghu, jigifieri li jiehu hsieb jorganizza il-festi esterni taghna, kellu wkoll skop iehor, dak li jservi ta' holqa principali fil-katina li tghaqqad dak kollhu li hu Rabti w Pawlin. Minn dak inhar, il-Kumitati li gew wara habirku bil-hegga kollha biex ikabbru dejjem izjed il-festi taghna, kif ukoll ma naqsux li joffru l-ghajnuna taghhom f'kull attivita organizzata fil-Parrocca taghna.

Hidma Annwali tal-Kumitat

kfe_3.jpg
Biex torganizza zewg festi, bhal ma jsir fil-Kolleggjata u Proto-Parrocca taghna, it-tnejn fuq livell ta' prima-festa zgur li trid tibni bazi finanzjarja soda u lesta ghal kull ma jista jinqalgha. Ghalhekk il-Kumitat minn dejjem ipprova jigbor bizzejjed flus minn attivitajiet varji li prattikamenti isiru kull gimgha. Barra minn dan isir gbir iehor bieb bieb kemm matul is-sena kif ukoll fi zmien il-festi. Hawnhekk wiehed irid isemmi il kollaborazzjoni li dan il-kumitat isib minn hafna benefatturi li joffru ghotjiet tant mehtiega.

Hadd ma jimmagina festa bla armar. Matul is-snin missirijietna dawwruna b'armar artistiku u sabih. Dan bla dubju jehtieg manutenzjoni kontiniwa. It-temp tar-rebbiegha u s-sajf, iz-zmien li fih niccelebraw il-festi taghna joffri temp ta' nida, xemx tahraq u wkoll xi raxxa xita u b'hekk jaghmel hafna hsara fl-armar. Barra dan minn zmien ghal zmien xi armar li jkun ilu ma jintrama jigi restawrat u giew wkoll isir xi armar gdid ghal xi toroq li jinhassu xi ftit neqsin mid-dekorazzjoni.

kfe_2.jpg
Biex imbaghad tarma dan kollu trid ikollok hafna nies. Dawn qatt ma jonqsu. Ix-xoghol isir kollu bil-qalb anke dak li joffri xi ftit tal-periklu bhal l-armar tal-koppla, l-faccata tal-Kolleggjata, il-kampnar u l-ark trijonfali li jintrama fi Triq San Pawl. L-armar jibda xi gimgha wara l-Ghid minn dak tad-dawl u jispicca lejliet il-festi bl-armar tal-pavaljuni u bandalori.

Fattur iehor importanti mill-festi huwa n-nar li johloq u jsebbah l-atmosfera esterna tal-festa. Il-Kumitat Festi Esterni Corpus Domini u San Pawl minn dejjem kellu taht it-tregija tieghu numru ta' nies li f'idejhom halla l-manifattura flimkien mal-gbir ta' fondi, l-ordnijiet u t-tqassim, kif ukoll il-hruq tan-nar fil-festi. Dawn in-nies li m'humiex ftit, b'attenzjoni mill-akbar jippruvaw dejjem joffru xoghol ta' livell gholi. Sabiex ix-xoghol tan-nar isir f'post li joffri mill-anqas periklu lil min ikun qed jahdmu, il-Kumitat haseb ukoll sabiex tinbena l-Kamra tan-Nar 'SAN PAWL' fil-limiti tar-Rabat. Ta' min jghid li x-xoghol fil-bini ta' din il-Fabbrika tan-Nar sar kollu mill-membri bl-ghajnuna generuza ta' numru kbir ta' benefaturi li bejniethom offrew makkinarju, gebel u materjal iehor u fuq kollox il-finanzi mehtiega.

Il-Kumitat ghandu wkoll ir-responsabbilta tat-tregija tal-festi ta' barra. Dawn jinkludu insurance fuq in-nar, permessi tal-pulizija u s-supervizjoni waqt il-marcijiet etc biex jigi assigurat li kollox jimxi sewwa.

Il-ktieb 'Il-Festi Taghna'

kfe_4.jpg
L-organu ewlieni tal-Kumitat Festi Esterni huwa l-ktieb 'Il-Festi Taghna'. Dan il-ktieb jigbor fih artikli storici u kulturali li jittrattaw il-Kolleggjata, il-festi u wkoll il-Kazin San Pawl Banda Konti Ruggieru. Fih ikun hemm ukoll il-programm tal-Festi u kitbiet fuq l-attivitajiet u avvenimenti li jkunu saru fil-festa tas-sena ta' qabel. Biex ikun jista' jigi stampat dan il-ktieb, numru kbir ta' hwienet fir-Rabat, kif ukoll postijiet ohra jghinu billi joffru r-reklami. Ta min jghid li ghalkemm din is-sena hija d-disa w ghoxrin harga ta' dan il-ktieb, il-Kumitat sa minn dejjem kien jistampa il-programm f'forma ta' ktejjeb jew fuljett.

Kull ma nsibu llum beda minn dik il-laqgha mportanti li saret nhar il-Hadd 29 ta' Settembru 1963. Illum ghandna kumitat habrieki w maqghud li jigbor fih kbar u zghazagh b'ideat differenti, izda b'ghan wiehed li b'sagrificcju madankollu b'sodisfazzjon jiccelebraw kif jixraq il-festi tal-Ewkaristija u tal-Martirju ta' l-Appostlu tal-Gnus u Patrun ta' Malta.


LINKS

  • L-Armar mal-Faccata tal-Kolleggjata tar-Rabat

  • L-Armar tal-Festa fi Triq il-Kbira

  • Triq Konti Ruggieru - Stil Uniku t'Armar

  • L-Armar ta' Triq il-Vittorja

  • L-Armar tad-Dawl

  • In-Nar fil-Festi Taghna

  • L-Armar fil-Festi Taghna


  • Il-Kolleggjata u l-Proto-Parrocca ta' San Pawl tar-Rabat ifakkru l-1950 Anniversarju mill-Migja ta' San Pawl fostna
     
     
    Bookmark and Share
    Site Created by e-Volve DinoWeb © Hosting Information Get your own site
    Tel: +356 7952 9151
    Fax: +44 709 209 4244
    Website: http://evolve.rabatmalta.com
    Email: evolve@rabatmalta.com
    E-volve Internet Services
    44, Triq il-Kullegg,
    Rabat Malta
    Disclaimer
    Internet Connections
    Web Development
    Portal System
    Internet Consultancy